CEO U Arkivista Nazzjonali

Dr. Charles J. Farrugia - CEO U Arkivista Nazzjonali

B.A. (Hons.) (Melit.), M.A. (Melit.), M.A. (Lond.), PG Dip RM (Newcastle), Ph.D. (Aber.)

CEO U Arkivista Nazzjonali

Arkivji Nazzjonali ta' Malta

Charles J. Farrugia huwa l-Arkivista Nazzjonali ta’ Malta. Scholar tal-Commonwealth, Dr Farrugia għandu Grad bl-Unuri u Grad ta’ Masters fl-istorja mill-Università ta’ Malta, Diploma ta’ Post Graduate fil-Ġestjoni tar-Rekords mill-Università ta’ Northumbria fi Newcastle, u MA fl-Arkivji u Ġestjoni tar-Rekords mill-University College London.

Fl-2014 ġie onorat bil-Premju għall-Eċċellenza fl-Arkivji u l-Immaniġġjar tar-Records mill-Malta Library and Information Association. Farrugia ffinalizza l-istudji tad-dottorat fl-Università ta’ Aberystwyth u ggradwa fl-2017. Huwa wkoll membru tas-Soċjetà tal-Arkivisti tar-Renju Unit. Huwa ppubblika b’mod estensiv fuq temi tal-arkivji u l-istorja lokali, fejn rebaħ darbtejn kategoriji mill-Premju Letterarju – Malta. Fl-2006 ippubblika l-istorja tal-arkivji Maltin u fl-2008 editja ġabra ta’ 27 esej dwar temi tal-arkivji. Dr Farrugia jirrappreżenta lil Malta fil-Grupp ta’ Esperti tal-Arkivji Ewropej u l-Bord Ewropew tal-Arkivisti Nazzjonali.

Farrugia huwa Lecturer fl-arkivji u l-ġestjoni tar-rekords fl-Università ta’ Malta, fejn kien il-fundatur tal-programmi ta’ arkivji u ġestjoni tar-rekords fl-2005. Matul l-istess sena fassal l-Att dwar l-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta u mexxa riforma fis-settur, is-separazzjoni tal-arkivji mil-libreriji u t-twaqqif ta’ Aġenzija Nazzjonali tal-Arkivji ġdida. Kien ukoll l-ospitant u organizzatur tal-41 Konferenza Internazzjonali tar-Round Table dwar l-Arkivji (CITRA) li saret f’Malta f’Novembru 2009.

Huwa serva għal żewġ mandati bħala Chairman tal-Assoċjazzjoni tal-Arkivisti u Rekords Managers tal-Commonwealth (ACARM) u bħalissa jippresiedi l-Fergħa Reġjonali Ewropea tal-Kunsill Internazzjonali tal-Arkivji (EURBICA). Matul il-karriera professjonali u akkademika tiegħu Charles kien ta lekċers dwar temi tal-arkivji f’numru ta’ istituzzjonijiet barranin fosthom l-Università tal-Ewropa Ċentrali, Budapest, l-Iscuola Normale Superiore, Pisa u l-Università ta’ Parma, l-Italja, l-Università ta’ Sao Paolo, il-Brażil, Università ta’ Liverpool, ir-Renju Unit u indirizza wkoll avvenimenti ta’ arkivji fir-Rumanija, il-Ġeorġja u Washington D.C.