IL-MISSJONI TAGHNA

Il-missjoni tal-Arkivji Nazzjonali hija li jippreservaw il-memorja kollettiva tan-nazzjon Malti permezz tal-protezzjoni u aċċessibilta’ tal-arkivji pubbliċi kollha regolati mill-Att dwar l-Arkivji:

  • Li jħares l-memorja kollettiva tan-nazzjon Malti u jipproteġi d-drittijiet ta’ ċittadini permezz tal-għażla, preservazzjoni u aċċess għall-arkivji b’liema mezz ikun fl-ogħla livell.
  • Jistabbilixxi u jżomm reġistru li jissejjaħ Reġistru Nazzjonali ta’ Arkivji.
  • Jissorvelja filwaqt li jkollu s-setgħa li jispezzjona kull prattika dwar iż-żamma ta’ records fl-uffiċċji pubbliċi.
  • Jaċċetta u jakkwista records privati ta’ ċertu importanza nazzjonali li jsiru b’donazzjoni, xiri, tħollija b’wirt jew depożitu.
  • Jipprovdi direzzjoni għall-arkivji Maltin f’dawk l-oqsma bħalma huma l-preservazzjoni ta’ records ta’ arkivji, amministrar ta’ records u skemi nazzjonali ta’ koperazzjoni.
  • Jippromwovi t-taħriġ professjonali ta’ arkivisti u amministraturi ta’ records.