Arkivji Nazzjonali - Informazzjoni

Ħinijiet tal-Ftuħ Għall-Pubbliku

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-08.00 sas-13.30
Nhar ta’ Erbgħa – mit-08.00 sas-18.00
Is-Sibt mit-08.00 san-12.30
Il-Ħdud u l-Btajjel Pubbliċi – Magħluq

Post

L-aċċess għall-Arkivju Nazzjonali ta’ Għawdex hu mill-istess daħla tal-Librerija Nazzjonali ta’ Għawdex fi Triq Vajrinġa, fil-qalba tal-belt il-qadima tal-Belt Victoria. Jintlaħaq permezz tat-taraġ. Dawk li jkollhom karozza jistgħu jipparkjaw fi Pjazza Santu Wistin, inqas minn ħamsin metru ’l bogħod (parkeġġ b’ħin limitat).

Servizzi

L-NAG joffri servizz ta’ ritratti diġitali u fotokopji. Restrizzjonijiet dwar Protezzjoni tad-data japplikaw.